![]() |
Ahbarjiet | ![]() |
![]() |
Tqassmu l-programmi tal-Festa kif ukoll l-envelopes ghall-offerta taghkom ghall-festa ta’ gewwa tal-Madonna tal-Grazzja, dawn l-envelopes jingabru fil-gabra li ssir nhar il-Hadd li gej fil-Hrug tal-Istatwa tal-Madonna minn nicca. Nirringrazzjawkhom ta’ kull ghajnuna. Nhar il-Hadd 7 ta’ Settembru jsir il-Hrug tal-Istatwa tal-Madonna tal-Grazzja minn-nicca, biex hekk nibdew il-granet tal-Festa. Dan se jsir wara l-Quddiesa tad-9.00am. Fil-week-end se jsir Car Wash f’diversi postijiet ir-Rabat u Marsalforn b’risq il-Kor taghna. Is-Sibt filghaxija u l-Hadd 6.7 ta’ Settembru wara l-hrug tal-Istatwa tfal ikunu barra quddiem il-knisja ghal din il-car wash, kull ghajuna hi apprezatha.Grazzi. Nhar it-Tnejn 8 ta’ Settembru, Festa tal Vittorja il-quddies ikun bhal tal-Hdud, jigifieri fis-6.00am, 7.00am, u fid-9.00am, filghaxija ma jkunx hawn quddies. Il-Quddiesa tad-9.00am tkun ghall-Benefatturi tas-Santwarju taghna hajjin u mejtin. Nhar it-Tlieta 9 ta’ Settembru 2003 se jsir il-Hasil tal-Knisja ghall-Festa. Naprezzaw hafna jekk tigu bhas-soltu taghtu daqqa t’id fit-tindif tal-Knisja. Nibdew fid-9.00am. Nirringrazzjawkhom. Bhala parti mill-attivitajiet tal-Festa din is-sena se mmorru Malta nzuru s-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja Haz-Zabbar li wkoll ikunu bil-Festa. Hemm se niccelebraw Quddiesa u anke se juruna l-Muzew tas-Santwarju, wara mmorru l-Belt Valletta u Bugibba. Dan se jkun nhar il-Hamis 11 ta’ Settembru filghodu. Biljetti minghand il-Gwardjan jew George Debono. Thallux ghal ahhar ghax biljetti limitati. Bhal kull sena se mmorru naghtu d-demm fil-granet ta’ Festa bhala att ta’ karità. Se morru nhar il-Gimgha 12 ta’ Settembru. Min hu nteressat ikellem lil George Debono. Nixtiequ nirringrazzjaw lil Benefattur li se jhallas ghall-ispejjes sabiex tigi dekorata kif xieraq in-Nicca tal-Istatwa tal-Madonna tal-Grazzja. Dan ix-xoghol ghandu jitlesta ghal Jannar li gej. Din is-sena wkoll se jsir il-Pellegrinagg tar-roti u l-muturi biex-xbieha tal-Madonna tal-Grazzja. Dawk interesati ghandhom jingabru quddiem is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fis-1.45pm nhar is-Sibt 13 ta’ Settembru, biex hekk minn hemm ninzlu ghas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja. Nixtiequ li biex naghtu aktar aspett spiritwali u devozzjonali lill-Festa tal-Madonna, parti mill-Processjoni tal-Hadd, meta naslu bl-Istatwa tal-Madonna quddiem il-Pulizzija tat-tifi tan-nar, ningabru hemm ilkoll u anke nhajru n-nies li jkunu ghall-festa sabiex minn hemm il-quddiem ninzlu ghas-Santwarju Aux-Flambeux, jigifieri bix-xemghat f’idejna li jitqassmu hemmhekk, u nitolbu r-Ruzarju Mqaddes flimkien wara l-Madonna kif ukoll inkantaw innijiet Marjani mal-Banda. |